HITAN

Nhar is-Sibt u l-Hadd 3 u 4 ta’ Dicembru 2011, l-Atturi Salesjani se jipproducu Hitan, Dramm f’zewg atti ta’ Francis Ebejert. Din hija t-tieni rapprezentazzjoni taghhom gewwa t-Teatru Salesjan fi Triq Guze Howard dan l-istagun u anke t-tieni dramm ta’ Ebejer fir-repertorju taghhom. Id-direzzjoni hija f’ idejn Joe Camilleri.

Ebejer bhala kittieb jinqeda mhux biss bil-kelma izda bil-grajjiet u ghalhekk jirreferi sikwit ghal grajjiet storici (il-Lhud u l-kampijiet tal-koncentrament). Albert fid-dramm huwa rapprezentant tal-bnedmin li m’humiex Lhud u li jharsu lejn it-tragedja tal-poplu Lhudi. Huwa donnu wkoll il-bniedem li jirraprezenta lil dawk li xerrdu d-demm tal-Lhud. In-Nannu irid li kulhadd jibqa’ jiftakar fl-imghoddi ta’ artu, ghaliex min jiftakar, skond hu, ihobb. Huwa ghadu mahkum minn kumpless ta’ persekuzzjoni u ghalhekk hija ghaziza ghalih is-sigurta’ bejn il-hitan ta’ daru. Iz-zewg neputijiet tieghu Ester u Richard qeghdin ifittxu li jintrabtu ma’ arthom, minkejja z-zmien ghadda u l-grajjiet inbidlu. Rakele, l-omm, tirritorna lura mill-Israel u tiddikjara li ‘hemm bzonn nibdew ninsew’. Tkun hi li tipprova twaqqa’ l-‘hitan’.

Id-dramm mimli simbolizmu. Id-dar fid-dramm hija xi haga maghluqa li tirraprezenta l-art tal-Lhud u l-imghoddi. Fuq naha hemm il-Lhudi li ghadu jahseb fit-tbatijiet ta’ l-imghoddi; u fuq in-naha l-ohra hemm il-barrani li jhares biex forsi jidhol u jseddaq xewqa li ma jkunx hawn aktar ‘hitan’ x’jifirduhom. Ix-xwejjah huwa l-fdal, u Ebejer iqieghed fih il-valur tal-bierah, tal-istorja, dak li hu dejjiemi imma ma jitbiddilx. Il-familja fid-dramm hija grajja ta’ nazzjon jew il-qaghda tal-bniedem.

Aktar ‘il quddiem fid-dramm, jitilghu fil-wicc, il-kwalitajiet tal-poplu komuni: l-ghebusuija ta’ qalb, kemm min haqar u kemm min inhaqar; in-nuqqas ta’ tama fl-imhabba; ix-xewqa ghall-vendetta; u l-firda nazzjonali. Mistoqsija li tqum waqt id-dramm: Il-bniedem jista’jkun tajjeb f’xi drabi u hazin x’xi drabi ohra, jew huwa hazin dejjem?

Nistiednu l-udjenza twiegeb. Ibbukjaw kmieni!

Joe Camilleri
Direzzjoni