Mitt Sena Brigade-Poezija

Mitt Sena Brigades

F’mitt sena ta’ storja glorjuza
b’tant zghazagh u tfal li gawdew,
f’mitt sena ta’ storja famuza
il-Brigade ghadu sod, kif ghaddew!

Il-Brigade Salesjana tfakkar
Ne Cede Malis motto fin.
F’ghexieren snin kulhadd ifahhar
l-impenn taz-zghazagh ferhanin

Dan il-Brigade bi storja kbira
maghruf ghad-drill u ghall-parati
b’dik l-uniformi li tammira
bil-banda ddoqq ippreparati

Don Bosco maghna kuljum, kull hin
u b’San Bastjan mudell zghazugh,
b’Marija Ghajnuna tul s-snin
dan il-Brigade ghad ghandu ruh

Fl-elfejn u ghaxra niccelebraw
ilkoll flimkien tfal, kbar u zghar.
Herqana dejjem ilkoll naraw
Li l-Brigade jibqa’ ward u zaghar

Viva l-Brigade fic-Centinarju
Awguri lkoll f’daz-zmien sabih.
Viva l-Brigade f’mitt sena denju
ta’ zmien ta’ ferh w anke ta’ gieh

Joe Camilleri
17 ta’ Frar 2010

F’gheluq ic-Centinarju tas-SB