MEDIA RELEASE
Mitt Sena tal-Brigade fl-Oratorju tas-Salesjani f’Tas-Sliema
1910 – 2010
Salesian Boys’ Brigade 1910-1989
Salesian Boys’ & Girls’ Brigade 1989-2010
Salesian Brigade 21 ta’ Marzu 2010
Din is-sena tahbat is-sena centinarja tas-Salesian Boys’ Brigade. F’dawn il-mitt sena, dan il-movument kien dejjem maghruf ghall-wirjiet li jaghti fil-pubbliku permezz tad-drill u l-baned tieghu. Kien imfahhar minn kulhadd inkluz nies importanti, kemm fil-gurnali Maltin u anke f’dawk ta’ barra.
Dun V. Allegra, Salesjan ta’ Don Bosco, dak iz-zmien Rettur tal-Oratorju Salesjan, ifforma l-ewwel grupp. Ftit wara l-S.B.B. sabet ghajnuna kbira minn hbieb fi hdan il-King’s Own Malta Regiment (KOMR), fejn dawn rawmu bosta subien matul s-snin. L-S.B.B. giet inawgurata fil-11 ta’ Settembru 1910 u l-parata ufficjali saret fit-23 ta’ Ottubru 1910.
Fl-1911 l-S.B.B. kienet l-ewwel kumpanija il-barra mill-Gzejjer Brittanici li affiljat mal-Catholic Boys’ Brigade tal-Gran Brettanja. L-ewwel president taghha kien il-Kardinal Bourne. Fl-1938 barra li l-Brigade diga kellha t-tamborlini u l-fifri, kompliet tikber meta ffurmat brass band ukoll.
Il-parati mill-isbah tal-Brigade maghrufin bhala ‘Tas-Salesjani’ kienu t-trademark taghha, fejn hafna minnhom kienu jsiru gewwa l-Main Guard, quddiem il-Palazz. Id-drill ta’ precizjoni, id-daqq tal-banda u l-formazzjonijiet li kienu jsiru zgur li baqghu f’mohh kulhadd.
Fl-1989 il-Brigade kompliet tizviluppa l-hidma hekk dedikata taghha, meta l-ufficjali flimkien mar-Rettur tal-Oratorju ta’ dak iz-zmien hadu decizjoni li jkabbru l-grupp billi jintegraw it-tfajliet ukoll. Ghalhekk il-Brigade beda jissejjah is-Salesian Boys’ and Girls’ Brigade.
Fl-2009, Ic-Chaplain Father Eric Cachia, flimkien mal-ufficjali u z-zghazagh ha decizjoni li jerga’ jinbidel l-isem tal-brigade ghal Salesian Brigade biex b’hekk jirrifletti il-veru xoghol u dedikazzjoni mhux biss ghat-tfal imma ghaz-zghazagh u membri akbar fl-eta’ ukoll.
Fl-2010 il-Brigade qieghed ikakkar dan l-anniversarju, bic-celebrazzjoni ufficjali ssir nhar il-21 ta’ Marzu 2010. Se jsir march past f’ Tas-Sliema, church parade fil-Kappella tal-Oratorju u Ikla. Barra l-bdil fl-isem tal-Brigade se jsir tibdil fl-uniformi u fil-Colours godda.
Avvenimenti importanti tal-Brigade
F’dawn il-mitt ta’Brigade wiehed irid isemmi xi dati ta’ mportanza fl-istorja taghha:
Presentazzjoni tar-Regimental colours fis-17 ta’ Dicembru 1910
Partecipazzjoni waqt il-visita tar-Re u r-Regina tal-Gran Brettanja f’Malta fl-1912
Il-Kungress Ewkaristiku fl-1913
Il-Kungress Ewkaristiku fl-1939
Ic-celebrazzjonijiet tal-V.E. bis-salut lill-Gvernatur hdejn il-Palazz il-Belt Valletta fl-1945
Presentazzjoni tal-Colours il-godda minn Sir David Campbell fl-1945
Il-Corp of Drums tal-Brigade mistednin ghall-ewwel darba barra minn Malta gewwa Palermo fl-1984, bil-banda ddoqq f’La Favorita
Il-formazzjoni tal-SBGB (Salesian Boys’ and Girls Brigade) fid-9 t’ April 1989
Partecipazzjoni fil-visiti tal-Papa Gwanni Pawlu 2 fl-1990 u 2001
Il-Brigade illum u ghada
Il-Brigade joffri esperjenza unika ta’ taghlim immirata lejn tfal u zghazagh billi jeduka b’mod informali. Is-SB joffri opportunitajiet permezz ta’ attivitajiet li jinkludu d-drill, l-uniformi u kemm izzommha smart, it-taghlim ta’ strument muzikali, il-banda, id-dixxiplina, il-campings, u l-voluntarjat.
Memberi tas-SB huma mhegga jizviluppaw ruhhom bhala individwi billi jsegwu hajja attiva nisranija, hajja ta’ sahha fizika tajba u relazzjonjiet socjali b’sahhithom.
Bhalissa is-SB qed ihares biss il-quddiem u jilqa’ l-isfidi kollha li toffri l-kultura taghna. Il-Brigade, barra li qed jaggorna u jgedded l-identita’ tieghu fl-isem, fl-uniformi u fl-istrutturi ammistrattivi tieghu, qed ikun partecipattiv fil-hajja tal-Oratorju Salesjan biex b’hekk ihajjar aktar tfal u zghazagh jidhlu membri u jduqu s-sabih tieghu permezz tal-Banda u l-attivitajiet esterni li joffri.
Programm tac-Centinarju
21 ta’ Marzu 2010 March past f’ Tas-Sliema u Church Parade
6 ta’ Gunju 2010 Parata u prezentazzjonis tal-Colours il-gdid
8 ta’ Dicembru 2010 Serata Kulturi fit-Teatru tas-Salesjani f’ Triq Howard, Tas-Sliema
Matul din is-sena is-Salesian Brigade se jkun qed jorganizza wkoll attivitajiet ohra bhall-Kamp tal-Ghid u Kamp tas-Sajf.
Ghal aktar dettalji dwar dawn l-attivitajiet ikkuntatjaw lil Leonard Falzon fuq: 21331447 (L-Oratorju Salesjan) jew Email fuq salesianbrigade@gmail.com